• Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal qed torganizza attività b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, b’solidarjetà mat-tfal li qed ibatu kawża tal-ġlied, il-gwerer u t-terrroriżmu. It-tema ta’ din l-attività hi “Le għall-gwerra, Iva għall-paċi”.
    L-attività, li għaliha ġew mistiedna t-tfal mill-parroċċi, ser issir għada, is-Sibt 8 ta’ Ottubru 2016, bejn is-6:45 p.m. u t-8:30 p.m., fil-barracks tal-Forzi Armati, Ħal Luqa. L-attività, li hija miftuħa għall-familja kollha, ser tinkludi talb għat-tfal li qed ibatu, mima mit-tfal, purċissjoni akkumpanjata mill-Banda tal-Forzi Armati, u Quddiesa għat-tfal. Wieħed mit-tfal tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal ser jaqra messaġġ lill-President ta’ Malta li ser tkun preżenti għal din l-attività.