• Il-Fondazzjoni Life Network tinsab ferm inkwetata bil-pożizzjoni tal-Kummissarju għat-Tfal dwar l-Abbozz li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni maħruġa nhar it-23 t’April 2018.

    Il-Kummissarju għat-Tfal, li skont il-liġi tagħna għandha d-dmir li tħares l-aħjar interessi tat-tfal kollha, kemm dawk imwielda kif ukoll dawk għadhom mhux imwielda, għażlet li tabdika d-dmirijiet tagħha u taqbel ma’ Abbozz ta’ liġi li jneħħi l-aħjar interess tat-tfal miċ-ċentru tal-Att dwar il-Protezzjoni talEmbrijuni.

    Il-Fondazzjoni Life Network tistaqsi lil min kellha f’moħħha l-Kummissarju għat-Tfal meta stqarret li filfehma tagħha, l-Abbozz jagħmel il-proċess tal-fertilizzazzjoni in vitro iktar ekwu u wieħed li jevita tbatija bla bżonn. Il-Fondazzjoni Life Network tosserva li l-emendi proposti ċertament ma joħolqux sitwazzjoni iktar ekwa għat-trabi, li bl-iffriżar ikunu mċaħħda mid-dritt għall-ħajja u esposti għal riskju li jmutu fil-friża. Huwa għalhekk skorrett għall-aħħar dak li ntqal mill-Kummissarju, jiġifieri li l-emendi proposti jipprovdu għal aktar suċċess. Fil-fatt, m’hemm ebda suċċess meta l-ħajja umana tkun ipperikolata.

    Il-Kummissarju għat-Tfal għarfet li t-tfal għandhom:

    1. Il-jedd għall-ħajja u s-saħħa;
    2. Il-jedd għall-identità; u
    3. Il-jedd għal trobbija f’ambjent stabbli u sigur.

    Għalkemm huwa minnu li t-tfal għandhom dawn il-jeddijiet, l-Abbozz li l-Kummissarju għat-Tfal taqbel miegħu fil-fatt jonqos li jħares u jipproteġi dawn id-drittijiet.

    1. Il-jedd għall-ħajja u s-saħħa

    Il-Fondazzjoni Life Network temmen li t-tfal għandhom id-dritt għall-ħajja u d-dritt li jgħixu f’saħħithom. Dan tikkonfermah il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li Malta iffirmat u irratifikat. L-emendi fir-rigward tal-iffriżar tal-embrijuni jiksru dawn iż-żewġ drittijiet għas-sempliċi raġuni li l-iffriżar jqiegħed ilħajja tat-tarbija f’periklu ċar.

    Id-dmir tal-Kummissarju għat-Tfal huwa li tagħmel ħilitha biex tassigura li kull miżura legali jew amministrattiva proposta mill-istat ma tmurx kontra d-drittijiet tat-tfal. Iżda f’dan il-każ, il-Kummissarju abdikat dmirijietha meta wriet li hija taqbel mal-Abbozz.

    Huwa barra mill-kompetenza tal-Kummissarju għat-Tfal li tiġġudika jekk l-iffriżar tal-embrijuni jġibx aktar suċċess jew le fil-fertilizzazzjoni in vitro. Il-Kummissarju għandha tillimita ruħha għall-protezzjoni tat-tfal u għandha tara jekk id-drittijiet tat-tfal, partikolarment id-dritt tal-ħajja, humiex protetti mill-Abbozz.

    Fir-rigward tal-iffriżar, Il-Fondazzjoni Life Network tosserva li l-liġi preżenti tissalvagwardja d-drittijiet tattfal billi tassigura li l-iffriżar isir biss f’każijiet eċċezzjonali meta verament ma jkun fadal ebda mod ieħor kif iżżomm lill-embrijun milli jmut. Għall-kuntrarju, l-Abbozz li taqbel miegħu l-Kummissarju jaddotta liffriżar bħala għażla. Għalhekk, huwa muri ċar li l-Abbozz jikser id-dritt għall-ħajja u li l-Kummissarju qed tonqos mid-dmir tagħha.

    2. Il-jedd għall-identità

    Il-Kummissarju ghat-Tfal hija assolutament żbaljata meta tgħid li l-Abbozz jagħti d-dritt lit-tfal imwielda mid-donazzjoni anonima li jkunu jafu l-identità tal-ġenituri biologiċi tagħhom. Għall-kuntrarju, l-Abbozz ma jagħtix lit-tfal id-dritt li jkunu jafu l-identità tal-ġenituri bioloġiċi tagħhom. L-Abbozz jagħti biss id-dritt lit-tfal li jingħataw informazzjoni medika anonima dwar id-donatur.

    Teżisti  ukoll il-possibilità li jekk raġel jagħti donazzjoni tal-isperma darba biss li minnha jitwieldu xi tfal u xi darba fil-futur, ikollu t-tfal tieghu fiż-żwieġ, dawn ser ikunu half-brothers jew half-sisters mingħajr ma jindunaw.

    Għalhekk, l-Abbozz b’ebda mod ma jassigura d-dritt tat-tfal li jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom u min huma ħuthom.

    Possibbli li l-Kummissarju għat-Tfal taqbel li b għażla t-tfal ma jkunux jafu l-identità tal-ġenituri tagħhom? Jew li jitwieldu tfal li l-ġenitur taghhom ikun miet qabel ġew konċeputi?

    3. Il-jedd għal trobbija b’għożża f’ambjent stabbli u sigur

    Il-Fondazzjoni Life Network tosserva li l-Kummissarju għat-Tfal, għal darb’oħra tonqos li tindirizza dan ilpunt mill-perspettiva tad-drittijiet tat-tfal, kif inhu dmirha.

    L-Abbozz ibiddel it-tifsira ta’ ġenitur prospettiv u filwaqt li t-tifsira kurrenti hija dik ta’ raġel u mara miżżewġin jew f’relazzjoni stabbli, l-Abbozz ineħħi kull referenza għal stabilità u saħansitra jipproponi single parenting.

    Jidher għalhekk li filwaqt li fis-soċjetà tagħna, is-single parents huma ġustament meqjusa bħala każijiet soċjali li għandhom bzonn għajnuna speċjalizzata, il-liġi ser tibda tinkoraġixxi s-single parenting, jiġifieri single mother u unknown father bħala ta ġid ghall-ulied.

    Fir-rigward tal-adozzjoni, Il-Fondazzjoni Life Network tosserva li l-Kummissarju missha taf tajjeb li normalment, il-proċess tal-adozzjoni jsir taħt il-gwida tal-Qorti tal-Familja, jiġifieri li imħallef tarRepubblika ta’ Malta jrid jagħti l-awtorizzazzjoni sabiex issir l-adozzjoni. Għalhekk, kif jista’ l-Abbozz jassigura l-jedd ta’ trobbija b’għożża f’ambjent stabbli u sigur meta l-Abbozz ma jagħmel ebda referenza għall-proċess ta’ vetting li normalment jgħaddu minnu nies li jkunu ser jaddottaw?

    Il-Fondazzjoni Life Network tistaqsi kif jista’ jkun li l-Kummissarju għat-Tfal naqset li tinnota nuqqas daqshekk gravi fl-Abbozz.

    Fir-rigward għar-referenza tal-Kummissarju dwar it-twessigħ tat-tifsira tal-familja u t-tibdil soċjali relattiv, tajjeb li l-Kummissarju tkun infurmata li  f diversi pajjiżi fejn huwa permess is-same sex marriage is-surrogacy (la altruistiku u lanqas kummerċjali) mhux permess, fosthom il-Finlandja, il-Ġermanja u lIżlanda (Iceland). Dan ifisser li l-argument tal-Kummissarju li t-twessiegħ għandu jkun awtomatiku ma jreġix.

    Konklużjoni

    F’Ottubru 2015, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal kien ħareġ position paper dwar l-iffriżar tal-embrijuni, id-donazzjoni tal-gameti u s-surrogacy. Il-konklużjonijiet ta’ dan id-dokument kienu l-kuntrarju ta listqarrija tal-Kummissarju llum. Fil-fehma tal-Kummissarju sedenti fl-2015, dawn il-proposti kienu meqjusa li jiksru d-drittijiet tat-tfal. Wieħed jistaqsi x’seta’ nbidel biex il-Kummissarju tal-lum tikkunsidra dawn il-proposti bħala tajbin?

    Kull fejn hemm it-tfal, il-liġijiet u l-qrati Maltin dejjem jisħqu fuq l-importanza li wieħed iħares l-aħjar interess tat-tfal. Id-dmir tal-Kummissarju għat-Tfal huwa li tara li d-drittijiet tat-tfal ikunu mħarsa mill-konċepiment ‘il quddiem. Dan huwa stipulat fil-liġi li tistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal stess.

    L-Appell tagħna lill-Kummissarju huwa li tkun lejali għal dan l-istess uffiċċju .

    Dr Miriam Sciberras BChD (Hons)MA Bioethics

    Chairman Life Network Foundation Malta

    www.lifenetwork.eu