Il-Fond għat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja (CSCF) qed toffri s-servizz ta’ Sibshine. Permezz ta’ dan is-servizz, professjonisti mħarrġin imexxu Sibshops, li huma opportunitajiet għal tfal u adolexxenti li jkollhom aħwa b’diżabilita’ sabiex jiltaqgħu m’aħwa oħra li jkunu qegħdin jesperjenzaw sitwazzjonijiet familjari simili għal tagħhom.
Din is-sena, CSCF ingħata fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ biex Sibshine jerġa’ jingħata ħajja ġdida. Dan kien permezz tar-Reboot Scheme fejn l-għaqda volontarja rebħet fondi sabiex tħarreġ iktar professjonisti li jkunu jistgħu jmexxu Sibshops. Permezz ta’ din l-iskema, inxtraw għadd ta’ riżorsi li huma neċessarji biex isiru l-attivitajiet għall-grupp immirat għall-adolexxenti.
Il-fond ghat-tfal fl-iskejjel tal-knisja, joffri Sibshops għal tfal bejn is-7 u l-10 snin u għal adolexxenti bejn il-11 u l-14-il sena.
Għal iktar tagħrif dwar Sibshine ibgħat fuq [email protected].
Sors: Newsbook.com.mt