Nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2012, is-Segretarjat għal-Lajċi fil-Monasteru Benedittin tal-Imdina ser torganiżża laqgħa dwar l-attwalità tar-regola ta’ San Benedittu fil-ħajja tan-nisrani llum.
Miktuba qabel kollox għal-lajċi, f’din ir-regola wieħed għadu jista’ jsib diversi prinċipji li jistgħu jitħaddmu mhux biss fil-monasteru, imma wkoll mill-insara kollha, kemm jekk individwi jew familji, kemm jekk fl-għaqdiet jew fil-parroċċi.
It-tema tkun preżentata minn Fr Keith Bonnici, Kappillan tal-Iklin u wara jkun hemm diskussjoni minn numru ta’ lajċi midħla tar-regola benedittina.
Il-laqgħa ssir bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija fil-Monasteru ta’ San Pietru, Triq Villegaignon, Mdina