9.00 Quddiesa ċċelebrata mil-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
Il-quddiesa ser tkun animata minn grupp ta’ student reliġjużi u seminaristi. Wara jkun hemm purċissjoni b’Ġesù Sagramentat biex jitpoġġa fil-kappella tal-adorazzjoni. Mons Arċisqof wara jibqa’ sejjer biex itħawwel siġra b’tifkira ta’ din l-okkażjoni – il-Jum Internazzjonali tal-Familja li ser jaħbat ukoll ma’ Jum il-Vokazzjonijiet.
10.00 – 15.30 Programm varjat fl-istands differenti
Il-programm fl-istand tat-tfal jinkludi workshops, il-magician u animazzjoni mill-grupp ta’ Once Upon a Time.
Fl-istand taż-żgħażagħ ser ikun hemm diskussjonijiet fost oħrajn dwar Paceville, iċ-Chatting, l-għerusija, ikun hemm ukoll preparazzjonijiet ta’ mocktails u ħelu, red carpet photocopy, kant, mużika u żfin.
Il-gruppi ta’ koppji miżżewġa ser ikollhom programm li jinkludi diskussjonijiet marbuta mal-ħajja tal-koppja miżżewġa u kif jistgħu isaħħu r-relazzjoni ta’ bejniethom, quiz, logħob għall-familja, esperjenzi, kant u żfin.
Il-programm fl-istand tal-anzjani jinkludi diversi esperjenzi, għana u artiġjanat.
Fil-kappella tas-Sagrament ser ikun hemm adorazzjonijiet mħejjija minn diversi gruppi ta’ reliġjużi u wkoll opportunità ta’ qrar.
12.00 Quddiesa; din ser tkun animata mill-kor tal-lajċi tal-MSSP.
18.00 Il-programm tal-għeluq.
Dan jinkludi s-sehem tal-Joy Gospel Singers, Salt, il-Kor Shalom, il-Greenfields u l-kor immexxi minn Fr Karm Debattista, kif ukoll sorpriża ta’ kantanti magħrufa oħra. Ser ikun hemm ukoll għad ta’ esperjenzi u l-programm jagħlaq b’kelmtejn mill-Arċisqof u l-konsagrazzjoni tal-familji lill-Madonna.
Il-Blood Donation Unit ser tkun preżenti wkoll mit-8.30 sas-13.30.
Agħfas hawn biex tara l-programm f’aktar dettall.