-
Make My House a Home
-
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2013, L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-istudenti u voluntiera li qed jieħdu sehem fil-kampanja ‘Make my house a home’, fuq il-campus tal-Università. Matul din il-kampanja inbigħu doughnuts, kejkijiet u larinġ magħsur biex jinġabru l-flus b’risq il-Preventive Care Unit li jieħu ħsieb il-familji fil-bżonn. Il-kampanja ‘Make my house a home’ ġiet organizzata mill-Għaqda Studenti Teologija b’kollaborazzjoni ma’ RTK 4 Charity.
Matul iz-zjara tieghu, l-Arċisqof kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ ma gradwati l-ġodda tal-Università. Żaru wkoll din il-kampanja l-Isqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca u l-Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Maria Louise Coleiro Preca. -
-
Ritratti: Photocity
www.photocitymalta.com