-
-
Il-Kurja tal-Arċisqof qed tippublika r-ritratt uffiċċjali tal-Arċisqof Charles J. Scicluna. Dan ir-ritratt ittieħed l-Imdina, waqt l-Ingress Solenni ta’ Mons. Scicluna fil-21 ta’ Marzu 2015. Min hu interessat li jakkwista kopja tar-ritratt uffiċċjali għandu jibgħat email fuq [email protected].Intant, il-Kurja tixtieq tavża li d-DVD uffiċċjali taċ-ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni tal-Arċisqof jista’ jiġi ordnat mill-Media Centre Ltd. fuq 25699100 jew fuq l-email [email protected]. Dan id-DVD pack jinkludi r-rotta tal-Ingress mill-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija sal-Katidral tal-Imdina, u l-Quddiesa Pontifikali tal-Ingress Solenni.
-
-