-
-
***
Direttur: F. Gary Gray
Atturi: O’Shea Jacjson, Jr., Corey Hawkins, Aldis Hodge, Niel Brown, Jr., Jason Mitchell, Paul Giamatti u Joseph Trapanese
Ħin tal-film: 147 min
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Fl-1986, ġewwa Compton, California, ħbieb tal-qalb: Dr. Dre, Eazy-E, Ice Cube, DJ Yella u MC Ren jiffurmaw hip-hop grupp bl-isem ta’ N.W.A. u joħorġu l-ewwel single taħt it-tikketta ta’ Rutless Records. Wara s-suċċess tal-ewwel rekord single, Eazy-E u Jerry Heller, il-maniġer jaraw li fil-grupp kien hemm potenzjal kbir. Ma jdumux li l-grupp jati wirja li tkun suċċess kbir tant li l-kumpanija, Priorty Records jatihom l-opportunita’ li jagħmlu l-ewwel album tagħhom, bl-isem ‘ta’ Straight Outta Compton. Wara dan is-suċċess tal-grupp, Eazy-E ikun l-uniku wieħed li jiffirma kuntratt ma’ Heller waqt li l-oħrajn kienu qegħdin jistennew bil-ħerqa kollha li huma wkoll ikunu taħt kuntratt. L-ewwel album tagħhom kien suċċess kbir tant li l-grupp N.W.A. jmorru għal tur madwar l-Amerika. Mhux kollox kien ward u zahar għall-grupp għaliex jiltaqgħu ma’ numru ta’ nies jipprotestaw kontrihom minħabba l-mużika w l-kliem kontroversali li kienu jużaw fil-kant tagħhom. F’Detroit, f’rewwixta li tinqala’, il-grupp jisfa’arrestat. Ice Cube jibda jiddubita rigward Heller u r-relazzjoni li kellu ma’ Eazy-E. Meta Ice Cube jiġi offrut il-kuntratt dan jirrifjuta li jiffirma. Riżultat ta’ dan, Ice Cube iħalli l-grupp u jmur għar-rasu. F’ single li joħrog Ice Cube, dan ikollu suċċess kbir tant li malajr jakkwista popolarita’ ikbar mill-grupp li kien miegħu qabel. X’jista’ jagħmel il-Grupp N.W.A. biex jegħleb din id-diffikulta’. Tgħid ikun hemm xi format ta’ kompromess biex Ice Cube jerġa’ jingħaqad magħhom? Il-grupp N.W.A. joħorġu album ieħor : 100 Miles and Runnin’ fejn attakkaw lil Ice Cube. Dan żgur ma kienx sejjer igħin! Tinħoloq ukoll problema ma’ Dre li wkoll jitlaq lill-grupp. X’jiġri minn hawn?
Film Amerikan taħt id-direzzjoni ta’ F. Gary Gray, hu msejjes fuq formazzjoni, s-suċċessu l-ikwiet tal-hip-hop grupp minn Compton, California, bl-isem ta’ N.W.A. Minħabba mġieba xejn korretta, taħlit u abbuż bejn is- sessi, kliem goff u baxx kif ukoll abbuż ta’ droga, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.