-
-
****
Direttur: Camille Delimarre
Atturi: Ed Skrein, Ray Stevenson, Loan Chabanol, Gabriella Wright, Tatjana Pajkovic, Wenxia Yu, Radivoje Bukvic u Annatole Taubman
Ħin tal-Film: 96min
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 15
Frank Martin, li darba kien jaħdem bħala merċinarju f’operazzjonjiet speċjali, illum –il ġurnata jinsab igħix ħajja iktar trankwilla w inqas perikoluża. Ix-xogħol tiegħu hu li jwassal pakketti klassifikati għal nies li ma tantx kienu ta’ min jafdahom. Meta missier Frank, Frank Sn., li darba kien operatur fid-Dipartiment ta’ l-Intelliġenza Brittanika, jagħmillu żjara ġewwa r-Riviera fi Franża, jibda l-inkwiet għal Frank Jr. Anna, prostituta u mexxej ta’ grupp ta’ tliet prostituti oħra: Gina, Maria u Qiao, kienu ddisprati biex jinħelsu minn skjavitu ta’ prostituzzjoni. Għall-għanijiet tagħhom, xtaqu jakkwistaw is-servizzi ta’ Frank Jr. u dan jaghmluh billi ħatfu lil missier Frank biex b’hekk ġabuh fuq in-naħa tagħhom. L-iskop tagħhom kien li jisirqu l-Bank li kien proprjeta’ ta’ Arkady Karasov, Russu, bniedem importanti ħafna u sinjur kbir u brigant li ma kontx tiċċajta miegħu. Fil-fatt kien il-bniedem monstru, li għal ħafna snin daħħalhom ġo nassa u kien qiegħed iħaddimhom bħala prostituti u jittrattahom bħala skjavi tiegħu. Frank ma kellux wisq għażla oħra ħlief li jikkoopera fil-pjanijiet tagħhom u dan kellu jagħmlu billi juża’ l-kapaċitajiet kollha tiegħu biex isib soluzzjoni għal din il-problema li sab ruħhu fiha u hekk jeħles minn idejn dan il-grupp lill-missieru. X’kien hemm wara l-pjan ta’ dawn it-tfajliet li ppjanaw din il-vendetta b’tant reqqa fuq ir-Russu? Tgħid jirnexxielhom il-pjan tagħhom li ġġibu fix-xejn lil dak li ġabhom f’din il-qagħda. Żgur li mingħajr l-għajnuna esperta ta’ Frank dan ma setgħux jagħmluh! L-avventuri fis-sewqan kemm fl-art kif ukoll fil-baħar, iħalluk bla nifs. Il-pulizija Franċiża kif ukoll sħab il-brigant Yuri, Frank iġġibhom fix-xejn għaliex hu kien lest li jikser kull regola u jsir perikoluż għal kull min jinserta fit-triq.
Film mimli azzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Camille Delamarre, llaqqgħana ma’ Frank Martin, eks- merċinarju f’operazzjonjiet speċjali, ssib ruħu mdaħħal fi pjan vendikattiv minn erba’ prostituti li kienu determinati li jġibu fix-xejn lil dak li daħħalhom fil-hajja ta’ prostituzzjoni u għamilhom skjavi tiegħu għal tant snin. Għalkemm il-film fih ħafna vjolenza izda mhux tant imdemmija, il-fatt li hemm nuqqas ta’ rispett lejn il-ħajja ta’ ħaddieħor, tema ta’ vendetta, kif ukoll xeni ta’ sess, kliem goff u baxx, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax -il sena.