-
-
Nhar it-Tlieta 17 ta’ Novembru 2015, saret laqgħa ilbieraħ filgħaxija fil-bini tal-Parlament, u li matulha r-Rev. Prof. Emmanuel Agius ippreżenta lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat id-dokument ta’ pożizzjoni dwar il-Legizlazzjoni li Tirregola l-Prokreazzjoni Umana Assistita. Dan id-dokument tħejja minn grupp ta’ 22 espert fl-oqsma tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabiltà, il-filosofija u t-teoloġija. Dan il-grupp ta’ esperti ġie mqabbad mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jipprepara studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012). Fost affarjiet ohra, id-dokument jikkonkludi li t-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.
Matul din il-ġimgħa dan id-dokment se jiġi ippreżentat ukoll lill-President ta’ Malta u lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
-
-
Photos: Curia Communications Office