-
-
Bħal kull sena, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jsiru fil-Katidral tal-Imdina bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 ta’ Jannar li ġej, u se jkunu ppreseduti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
-
Is-Sibt 23 ta’ Jannar 2016
4:45 p.m. Il-Kapitlu jilqa’ lill- Arċisqof Charles J. Scicluna.
5:00 p.m. Installazzjoni ta’ Monsinjur effettiv, erba’ Monsinjuri Koġuturi, u tliet Monsinjuri Onorarji.
5:45 p.m. Translazzjoni tar-Relikwija tal-Appostlu Missierna San Pawl.
6:00 p.m. Quddiesa bl-ewwel Għasar Pontifikali.
Il-Ħadd 24 ta’ Jannar 2016
8:55 a.m. Kant tal-Lawdi.
9:30 a.m. L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali bil- Barka Appostolika, flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, bil-Paniġierku.
11:15 a.m. Quddiesa tal-ħin.
5:00 p.m. It-tieni Għasar kantat, Repożizzjoni tar-Relikwija u ċelebrazzjoni Ewkaristika.
6:00 p.m. Quddiesa tal-ħin.