• L-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja Vassallo wara li nhar it-Tlieta 19 ta’ Jannar 2016, tħabbret il-mewt ta’ Fr VicGeorge Vassallo. Fr VicGeorge kien id-Direttur tas-servizzi tal-IT fil-Kurja tal-Arċisqof u fost ħidmiet oħrajn kien strumentali fit-twaqqif onlajn tal-arkivji diġitali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. 

    Fr VicGeorge ġie ordnat saċerdot fis-6 ta’ Lulju 1990. Fil-ħidma pastorali tiegħu huwa serva bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Marsaxlokk u tal-Forzi Armati ta’ Malta. Serva wkoll fil-parroċċi tal-Gżira, Ħ’Attard, is-Siġġiewi, iż-Żejtun, il-Gudja u Ħaż Żebbuġ. 

    Il-funeral ta’ Fr VicGeorge ser isir illum, l-Erbgħa 20 ta’ Jannar 2016, fil-knisja parrokkjali tas-Siġġiewi, fit-3:30 p.m.