• **

    Direttur: Garry Marshall
    Atturi: Julia Roberts, Jennifer Aniston, Kate Hudson
    Ħin: 118 minuti
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited.
     
    Klassifika tal-Gvern: PG
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Il-film jagħti kwadru ta’ diversi persuni. Hemm Sandy, li hija ddivorzjata u għandha żewġt itfal żgħar mill-ex-raġel tagħha, u li għad għandha relazzjoni tajba miegħu, iżda din ir-relazzjoni tiġi mminaċċjata meta l-ex-raġel jiżżewweġ bla mistenni lil girl-friend tiegħu, Tina, li hi ħafna iżgħar minnhu, u jipprova jdaħħalha fil-ħajja taż-żewġ uliedu. Sandy hi ħabiba ma’ żewġt aħwa, Jessie u Gabi, li t-tnejn qed  jaħbu sigrieti mill-ġenituri tagħhom, li jgħixu f’caravan; Jessie miżżewġa lil Russell, tabib Indjan, u għandhom tifel jismu Tanner, filwaqt li Gabi miżżewġa mara. Hemm Bradley li għadu qed jibki l-mewt ta’ marthu u jipprova jieħu ħsieb iż-żewġ uliedu bniet. Hemm Kristin li hija omm żgħażugħa iżda li ma tridx tiżżeweġ lil boyfriend tagħha għax tibża’ li tiġi abbandunata billi kienet adottatha meta kienet żgħira. Hemm ukoll Miranda li tippreżenta programm ta’ bejħ ta’ ġojjelli fuq it-tv; ħajjitha hija ffokata fuq il-karriera tagħha u tgħid li m’għandhiex tfal. Fl-aħħar dawn il-karattri kollha jiġu flimkien.
     
    Film kummiedja, mgħobbi b’ħafna karattri u b’diversi atturi ta’ fama. Fih ħafna sub-plots, iżda ma jidħol fil-fond ta’ l-ebda karattru. Il-film għandu script fqir li jagħmel il-film monotonu. Il-film jittratta diversi temi adulti u fih xeni u kliem tal-kbar. Jgħodd għal udjenza adulta.