****
Direttur: Jodie Foster
Atturi: George Clooney, Julia Roberts, Jack O’Connell
Ħin: 98 minuti
Maħruġ minn KRS Releasing Limited
Klassifika tal-Gvern: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
Lee Gates jippreżenta programm fuq it-television li fih jagħti pariri dwar fejn għandek tinvesti flusek. Mdawwar b’żeffiena, mużika qawwija u grafika kbira, Gates iwassal lil udjenza għal ferneżija waqt li jindika l-iktar bonds u stocks li jippromettu. Huwa jieħu gost b’dak li qed jagħmel u bil-popularita’ tiegħu, imma l-producer tiegħu, Patty tieħu ħafna paċenzja bih. Waqt wieħed mill-programmi ‘live’ tiegħu, jidħol raġel misterjuż iġorr żewġ kaxxi. Huwa joħroġ pistola u jġiegħel lil Gates jilbes jakketta mimlija esplossivi. Wara li jispjega kif tilef kull ma kien faddal wara li qagħad fuq parir li Gates kien ta dwar stock partikulari, Ibis Clear Capital, u investa kull ma kellu fih, huwa jitlob lil Gates jagħtih spjegazzjoni għala dak l-istock falla. Storja ta’ ostaġġ mimlija tensjoni tisviluppa diretta fuq it-television. Gates ma jafx għala l-istock tal-Ibis falla, imma Patty tħoss li kien hemm xi ħaġa tintenn u li l-kap eżekuttiv ta’ Ibis għandu ħafna xi jwieġeb.
Thriller dwar il-perikoli u l-korruzzjoni tas-suq tal-istma. Film divertenti u b’għadd ta’ atturi ta’ fama, imma jbati minn script li mhux daqshekk kredibbli. Il-film fih xi xeni ta’ vjolenza u sesswalita’, u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.