• On Sunday 11th September 2016, Archbishop Charles J. Scicluna celebrated Pontifical Mass on the feast of Our Lady of Divine Grace, at Żabbar Parish Church.


    Message by Archbishop Charles J. Scicluna

    Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar

    10 ta’ Settembru 2016

    Għeżież Personalitajiet distinti, għeżież Żabbarin,

    jiena nirringrazzjahom bil-qalb tal-ħidma tagħhom u aħna lkoll nirringrazzjawkom f’isem Sidtna Marija u Binha Ġesu. Nirringrazzja ħafna lill-personalitajiet distinti li għoġobhom jiġu biex jiċċelebraw magħna, insellem lilek Onorevoli Ministru Dalli, Onorevolu Ministru Mizzi, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, kif ukoll is-Sindku. Jiena napprezza ħafna dejjem il-preżenza tagħkom, jiena nirringrazzjakom meta narakom, għaliex mhux biss il-preżenza tagħkom hija rikkonoxximent tal-komunità Nisranija, imma wkoll hija ta’ inkoraġġament u aħna nixtiequ wkoll ninkoraġġukom. Nirringrazzjakom ilkoll kemm intom ta’ dak kollu li tagħmlu għall-pajjiżna.

    Jiena nixtieq nawgura liż-Żabbarin mill-qalb: festa verament sabiħa, issa waslet fil-konklużjoni tagħha billi llejla jkun hawn il-purċissjoni solenni b’din l-istatwa għażiża tal-Madonna tal-Grazzja. Kif qal l-Arċipriet, aħna nagħmlu festa sabiħa jekk kull sena nippruvaw nimitaw iżjed lill-Madonna. Il-kelma tagħha kienet: “agħmlu dak li jgħidilkom Ġesù” (Ġw 2, 5). Kelma mhux faċli, iżjed ma nippruvaw f’din is-Sena tal-Ħniena, iżjed ikollna l-paċi fil-qalb u nimtlew bħalha kif iridna l-Mulej. Nirringrazzjakom u jiena ningħaqad mal-għajta tagħkom: Viva l-Madonna tal-Grazzja.

     Charles J. Scicluna

         Arċisqof ta’ Malta