-
-
Direttur: Tate Taylor
Atturi: Emily Blunt, Rebecca Ferguson, Haley Bennett, Justin Theroux, Luke Evans, Alison Janney, Edgar Ramirez u Lisa Kudrow
Ħin tal-Film: 112 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Rachel Watson hi divorzjata, alkoħolika u kuljum tivvajġġa fuq tren biex taparsi tmur taħdem ġewwa New York fejn darba kienet taħdem iżda li issa tilfet xogħolha. Fil-vjaġġ tagħha, kuljum kienet tgħaddi minn ħdejn id-dar fejn kienet toqgħod. Illum –il ġurnata hemm igħix fiha, Tom, l-eks raġel tagħha, flimkien ma’ martu Ann u t-tifla. Fl-attentat tagħha biex ma tħaris lejn id-dar fejn darba kienet toqgħod, bdiet tikkonċentra fuq dar li fiha kienu joqgħodu l-koppja Megan u Scott Hipwell. Rachel toħloq ħolma sabiħa fuq din il-koppja u kienet bdiet temmen li din il-koppja kienet tgħix ħajja perfetta u trankwilla. Dan kollu kellu jinbidel meta jum wieħed, meta t-tren kien għaddej maġemb din id-dar, tara xi ħaġa li tassew irrabjata bi sħiħ. L-għada Rachel tqum mħawwda għal kollox, konsegwenza tax-xorb li kienet xorbot il-lejl ta’ qabel. Barra hekk, hi tqum b’numru ta’ feriti u tbenġil u l-agħar li ma baqgħetx tiftakar xejn minn dak li għaddiet minnu matul dak il-lejl. Kellha biss sensazzjoni li xi ħaġa orribbli kienet ġrat. Rachel kompliet titħawwad iktar meta bdiet iseggwi l-aħbarijiet fuq it-televixin. Kien irrapurtat li Megan Howell kienet tinsab mitlufa. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, bdiet tidħol ‘il ġewwa tal-każ u xtaqet ħafna li ssir taf ta’ seta’ ġara f‘dak il-lejl u tippprova ssib ta’ x’ġara minn Megan u wara kollox fejn kienet tidħol hi fil-każ kif ukoll iktar importanti minn hekk, ta’ fejn kienet hi stess f’dak il-lejl li Megan sparrixiet. Jekk qatt Rachel kienet imħawwda, żgur issa kienet f’qagħda tassew imwegħra. X’kien ġara eżattament f’dik il-lejla li kellha tbiddel ħajjtiha ta’ taħt fuq?
Film Amerikan, dramm misterjuż, taħt id-direzzjoni ta’ Tate Taylor, kitba ta’ Erin Cressida Wilson u msejjes fuq ir-rumanz bl-istess isem li ħareg fl-2015 miktub minn Paula Hawkins. Minħabba l-istorja fiha nfisha, kif ukoll numru ta’ xeni ta’ sess u vjolenza, kliem goff u oxxen, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.