• Se tigi organizzata it-tielet edizzjoni tal-Walk Cycle Run b’risq id-Dar tal-Providenza. L-isfida, organizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity, se ssir il-Ħadd 16 ta’ Ottubru fid-9:15 a.m. Il-mixja se titlaq mill-Pjazza tas-Siġġiewi, b’ġirja li titlaq mill-Pjazza taż-Żurrieq filwaqt li r-roti se jitilqu mill-Pjazza tal-Imdina. Id-dilettanti tal-muturi se jiltaqghu f’Misraħ ir-Rebħa, il-Birgu biex fl-10:00 ta’ filgħodu jitilqu lejn id-Dar tal-Providenza. 

    Se jkun hemm trasport lura lejn is-Siġġiewi u ż-Żurrieq, filwaqt li kull parteċipant se jingħata ċertifikat u t-shirt.

    Id-Dar tal-Providenza ilha toffri għajnuna lill-persuni b’diżabilità mill-1965, u llum tilqa’ madwar 100 persuna. Tmexxi wkoll erbat idjar fil-kommunita’. Hi toffri wkoll servizz ta’ respite lill-familji ta’ persuni b’diżabilità biex ikollhom kull tip t’appoġġ possibbli. Biex titmexxa, id-Dar tal-Providenza trid madwar 13-il elf ewro kuljum. 

    Aktar dettalji dwar il-Walk, Cycle, Run jinkisbu billi żżur il-paġna ta’ Facebook, jew tibgħat email fuq [email protected] jew SMS fuq 79493923.

     

    Poster of the Activity