-
Il-Ħamis, 29 ta’ Marzu, Ħamis ix-Xirka, fid-9am, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l‑Quddiesa taż-Żjut, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Matul din il‑Quddiesa, flimkien mal‑Arċisqof, jikkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l‑wegħdiet li għamlu dakinhar tal‑ordinazzjoni tagħhom.
-