-
-
Il‑Ħadd 1 ta’ April 2018, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
L‑Erbgħa 4 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor, iż‑Żejtun. Il‑pellegrinaġġ jitlaq mill‑Kappella ta’ San Klement. Wara waqfa fil‑Knisja Parrokkjali, il‑pellegrinaġġ ikompli għall‑Knisja ta’ San Girgor fejn issir Quddiesa. Fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonsagra s‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Belt Valletta.
Il‑Ħamis 5 ta’ April, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑festa ta’ San Vinċenz Ferrer, fil‑Conservatorio Vincenzo Bugeja, Santa Venera.
Is‑Sibt 7 ta’ April, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Presbiterali, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, li fiha żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjuzi jiġu ordnati saċerdoti. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 8 ta’ April, Festa tal‑Ħniena Divina, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, organizzata mill‑Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II f’għeluq it‑18‑il anniversarju mit‑twaqqif tal‑festa tal‑Ħniena Divina u l‑40 anniversarju minn meta nħatar Papa il‑Qaddis Ġwanni Pawlu II. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta u fuq TVM 2. F’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament mal‑impjegati tal‑Isptar Mater Dei, fil‑Kappella tal‑istess sptar. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑festa tal‑Ħniena Divina, fis‑Santwarju Ħniena Divina, San Pawl Tat‑Tarġa.
L‑Erbgħa 11 ta’ April, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
l‑pussess lil Dun Charles Cini bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa San Publiju, il‑Furjana.Is‑Sibt 14 ta’ April, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa biex jagħlaq il‑festival għaż‑żgħażagħ ‘Encounter’, organizzat mill‑Malta Catholic Youth Network (MCYN) fil‑Park Nazzjonali, Ta’ Qali.
Il‑Ħadd 15 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Publiju, il‑Furjana. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Ewkarist Zammit bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Bastjan, Ħal Qormi.
It‑Tnejn 16 ta’ April, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jirċievi l‑wegħda taċ‑ċelibat ta’ erba’ seminaristi li ser jiġu ordnati djakni, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.
Il‑Ħadd 22 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Djakonali, fil‑Katidral tal‑Imdina, li fiha erba’ seminaristi jiġu ordnati djakni. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.
It‑Tnejn 23 ta’ April, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt il‑Konferenza Ewropea tas‑Sant’Infanzja, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
It‑Tlieta 24 ta’ April, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑uffiċini tal‑Kamra
tal‑Kummerċ, il‑Belt Valletta, f’għeluq il‑170 anniversarju mit‑twaqqif tagħha.Il‑Ħadd 29 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa. Qabel il‑Quddiesa, Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar. Fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Kan. Dun Karm Busuttil bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa San Lawrenz, il‑Birgu.