• Fi tmiem l-Assemblea Djoċesana 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna wera t-tama li l-mixja ta’ tiġdid li l-Knisja f’Malta bdiet permezz ta’ din l-Assemblea Djoċesana, tkun mixja ta’ dixxerniment. Fil-messaġġ tiegħu hu saħaq fuq l-importanza li bħala Knisja ninvestu aktar ħin ma’ xulxin sabiex nisimgħu l-bżonnijiet ta’ xulxin. Fi kliem l-Arċisqof, “li nkunu flimkien mhuwiex ħela ta’ ħin”. Mons. Arċisqof sostna li bħala Nsara rridu mmissu l-qalb tal-bniedem bis-servizz u x-xhieda tagħna u rringrazzja lis-saċerdoti li bil-ħidma silenzjuża tagħhom huma xhieda tal-Kelma ta’ Alla. 

     

  •