
Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:
Il‑Ħadd 1 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Qaddisin Kollha u jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil żewġ seminaristi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Il‑quddiesa se ssir bis‑sehem tal‑membri tal‑Azzjoni Kattolika Maltija.
It‑Tnejn 02 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum it‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha fil‑Kappella taċ‑Ċimiterju tar‑Resurrezzjoni f’Ħal Qormi.
It‑Tlieta 03 ta’ Novembru, fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju
tal‑isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi mejtin, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina.
Il‑Ħamis 05 ta’ Novembru, fis‑6:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fit‑80 anniversarju mill‑ftuħ tal‑Iskola St Michael f’Sta Venera.
Il‑Ħadd 08 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’Jum it‑Tifkira fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.
It‑Tnejn 09 ta’ Novembru, fis‑6:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr mal‑gradwati ġodda tal‑Università ta’ Malta fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 14 ta’ Novembru, fl‑4:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil‑Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
Il‑Ħadd 15 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija. Fl‑4pm jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil‑Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.
Il‑Ħadd 22 ta’ Novembru, fid‑9:30am, fis‑solennità ta’ Kristu Sultan tal‑Ħolqien, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.
L‑Erbgħa 25 ta’ Novembru, fis‑6:30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa liturġika ta’ Santa Katarina fil‑Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, Verġni u Martri fiż‑Żejtun.
Il‑Ħadd 29 ta’ Novembru, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil‑Ktajjen f’Birżebbuġa.



