Matul ix-xahar ta’ Marzu, id-Dar tal-Kleru f’Birkirkara se tkun qed tospita sensiela ta’ laqgħat miftuħa għas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi li jixtiequ jirriflettu u japprofondixxu l-għarfien tagħhom. Il-laqgħat huma twal madwar siegħa u jibdew fl-10:30am. 

Programm tal-Laqgħat

Il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, 2026
Kelliem: Rev. Gino Gauci
Suġġett: Arti Sagri

It-Tnejn 23 ta’ Marzu, 2026
Kelliem: Rev. Jean Gové
Suġġett: Intelliġenza Artifiċjali (AI)

It-Tlieta 24 ta’ Marzu, 2026
Kelliem: Emanuel Curmi
Suġġett: San Ġorg Preca u s-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu

Kulħadd mistieden jattendi. Min jixtieq jattendi jista’ jipparkja fuq ġewwa. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 99429775 jew jibgħat fuq [email protected]