Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Erika Spiteri tkellmet dwar il-vokazzjonijiet fejn qalet li minkejja li llum jidhru li naqqsu fin-numru, dawn qed jgħaddu minn għarbiel iktar profond.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Christianne Farrugia u Erika Spiteri li huma żewġ novizzi Agostinjani. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 16, 9-15
“Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? Ebda qaddej ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar