Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Chris Ellul qal li la naf li jien mhux perfett u għandi d-difetti tiegħi, irrid naċċetta li lanqas ħaddieħor mhu perfett u jista’ jiżbalja wkoll.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Chris Ellul u Mariella Porter. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 13, 1-9
“Wieħed kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha, u ma sabx. Għalhekk qal lil dak li kien jaħdimlu l-għalqa: “Ara, ili tliet snin niġi nfittex il-frott f’din is-siġra tat-tin, u qatt ma sibtilha. Mela aqlagħha, għax għalfejn se tibqa’ tkidd l-art?”. Iżda dak wieġbu: “Inti ħalliha, sinjur, għal din is-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u nagħtiha d-demel. Id-dieħla għandha mnejn tagħmel il-frott; jekk le, aqlagħha””.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




