Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Chris Ellul semma parir li ngħata meta kien is-seminarju, li meta jmur għall-ikel ma jagħżilx fejn min joqgħod, u jekk dak ta’ quddiemu ma tantx imur tajjeb miegħu, joqgħod jiggosta l-ikel ħalli xorta waħda joħloq klima pożittiva.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Chris Ellul u Mariella Porter. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 12, 49-53
Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier.”
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




