Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Josef Mifsud qal li m’għandniex nibżgħu nimpenjaw ruħna għal Alla għax jagħtina kollox mingħajr ma joħdilna xejn.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Amber Bondin. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 17:5-10
L-appostli qalu lill-Mulej: “Kattar fina l-fidi!”. Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut: “Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar”, u hi kienet tisma’ minnkom.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




