Photos and videos by Laura Galea and Erika Lanzafame

Il-qassis Għawdxi, li ġie elett bħala l-11-il suċċessur ta’ Don Bosco f’Marzu li għadda, Fr Fabio Attard qiegħed fuq l-ewwel żјara uffiċјali tiegħu. Dalgħodu ltaqa’ mal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ Salesјani li tawh merħba mill-isbaħ fil-Kulleġġ tas-Savio f’Ħad-Dingli.

Spikkat it-tbissima, l-umiltà tiegħu u d-disponibilità tiegħu għall-oħraјn. F’kummenti lil RTK103 hu qal, “il-ground tal-futbol tas-Savio min јaf kemm ra qrar. Irrakkonta li ħafna kienu l-istudenti li kienu јitolbuh biex јgħidu kelma miegħu u јiftħu qalbhom. Saħaq li l-ground hu dejjem post ta’ laqgħa maż-żgħażagħ. Qal li hemmhekk јibda s-servizz mhux mill-omeliјi imma mill-inkontri personali; li wieħed ikun јaf liż-żgħażagħ.

Intant, Radju RTK103 ħa јkun qed ixandar edizzјoni speċјali tal-programm BTW bis-sehem ta’ bosta saċerdoti u żgħażagħ Salesјani li kienu preżenti għal dan l-avveniment. Huma se јaqsmu memorјi u anedotti ma’ Fr Fabio u x’јolqothom mill-valuri ta’ Don Bosco. Il-programm speċjali se јixxandar l-Erbgħa fil-5pm fuq 103.mt kif ukoll fuq Facebook.

Il-wasla ta’ Fr Fabio:

Waqt iż-żјara tiegħu Fr Fabio qal li qed јaqsam l-esperјenzi tiegħu “mhux biex nuri kemm јien bravu imma biex nuri kemm hu kbir Alla fil-ħniena tiegħu li јkellimna b’affariјiet sempliċi”. Ilbieraħ huwa żar is-Santwarјu tal-Madonna tal-Grazzјa f’Ħaż-Żabbar post li fi ċkunitu kien ħeġġu јfittex aktar dwar il-vokazzјoni tiegħu.

Fl-attività ta’ dalgħodu huwa ġie intervistat mill-eksstudent Matthew Borg Cuschieri li silet mistoqsijiet minn dak li xtaqu jistaqsu ż-żgħażagħ. Fr Fabio stqarr, “iż-żgħażagħ јammiraw lil min hu awtentiku u mhux min hu perfett”. Il-mużika l-isport u l-arti qal li huma dixxiplini li јiddixplinawk. Semma li għamel sitt snin јitgħallem il-vјolin u dawn għenuh ħafna. Fakkar li Dun Bosco insista fuq il-logħob u l-mużika bħala esperјenza li tedukak u tiffurmak.

Hu wieġeb dwar il-mument li ħass is-seјħa tiegħu u kif ħadd ma għandu јiddiskrimina abbażi tar-reliġјon. Fr Fabio mexxa wkoll l-adorazzјoni li saret fil-Pavilјun tal-Kulleġġ tas-Savio u wara kixef plakka ta’ komemorazzјoni.

Fis-sitt snin li ġejjin hu se jimxi fuq il-Kapitlu Ġenerali u dawn għamlu żewġ deċiżjonijiet li jkunu verament bnedmin t’Alla, awtentiċi u onesti fl-identità tagħhom biex is-servizz pastorali ma jkunx falz u li jkunu intelliġenti fl-ispazji u l-proposti li joffru liż-żgħażagħ. Semma wkoll ix-xogħol enormi li qed jagħmlu mal-foqra, il-ħarsien tal-ambjent u anke kif se taffettwa liż-żgħażagħ l-Intelliġenza Artifiċjali li anke hu juża!

Source: Newsbook.com.mt

Article written by Gabriel Lia