Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Malcolm Saliba qal li nkun dixxiplu jfisser fost l-oħrajn li ma nibqax passiv quddiem soċjetà li tippromovi tant għażliet differenti.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Malcolm Saliba u Abigail Zarb. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 8, 1-3
Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar