Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Abigail Zarb qalet li kultant tinkwieta li tagħmel xi ħaġa mhux għall-benefiċċju tagħha imma skont x’jaħseb ħaddieħor dwarha.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Malcolm Saliba u Abigail Zarb. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 7, 36-50
Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




