Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Malcolm Saliba qal li meta wieħed ikun preżenti f’mumenti diffiċli għall-oħrajn, diġà jkun qed joffri ħafna faraġ lil dak li jkun.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Malcolm Saliba u Abigail Zarb. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 7, 11-17
Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!”. Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: “Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!”. U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar