Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, is-soċju tal-Museum Ian Borg qal li Alla għandu toroq differenti għalina li kollha jwasslu għall-qdusija.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Ian Borg u Luca Fenech. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 14:25-33
Kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù. Hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’il ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar