Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Mario Mangion qal li komunità, kemm dik parrokkjali kif ukoll waħda żgħira, tagħtik l-opportunità li tgħix ġo familja u tingħata lill-oħrajn.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Mario Mangion u Matthew Gauci. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-evanġelju tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 13, 10-17
Kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux.

Source: Newsbook.com.mt