Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Leslie Gatt qal li Ġesù qalilna li jekk immorru għandu jserraħna, iżda xi drabi aħna mmorru għand Ġesù bir-risposta lesta.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Leslie Gatt u Jurgen Calafato. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-evanġelju tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 11, 28-30
Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

Source: Newsbook.com.mt