Photo: Archdiocese of Malta – Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet:

Il‑Ħadd 6 ta’ Lulju fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq l-20 anniversarju mill-mewt tal-Papa  San Ġwanni Pawlu II u l-35 anniversarju mill-viżta pastorali tiegħu f’Malta fl-1990, fil-Katidral tal-Imdina. Fis-6pm, jiċċelebra l-griżma tal-isqof fil-Parroċċa ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar.

Il‑Ġimgħa 11 ta’ Lulju, fid‑9:30am, il-festa ta’ San Benedittu, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑kappella tal-Monasteru ta’ San Benedittu fil‑Birgu.

Il‑Ħadd 13 ta’ Lulju fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja ta’ San Massimiljanu Kolbe f’Buġibba. 

Il‑Ħadd 20 ta’ Lulju fid‑9:30am, fil-Ġublew tal-Isportivi, l‑Arċisqof  jiċċelebra quddiesa fil-Kappella tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi flimkien mal-atleti tal-maratona tal-volleyball kif ukoll mal-isportivi li se jieħdu sehem fil-fun run organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Sport.

L-Erbgħa 23 ta’ Lulju fil‑5pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ tal-Kapitlu Ġenerali tas-Sorijiet Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Kunvent ta’ Santa Tereża fil-Mellieħa.

Is-Sibt 26 ta’ Lulju fis-5:45pm, l‑Arċisqof imexxi traslazzjoni u quddiesa ta’ lejlet il-festa ta’ Marija Addolorata, fil-Knisja Parrokkjali f’San Pawl il-Baħar.

Il‑Ħadd 27 ta’ Lulju fid‑9:30am, il-Ġublew tan-Nanniet u l-Anzjani, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa.