Illum it‑Tlieta, 22 ta’ April 2025, l‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għall‑Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fis‑6:30pm fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.

Kulħadd mistieden jattendi għal din iċ‑ċelebrazzjoni sabiex il‑Mulej jilqa’ lill‑Papa Franġisku fi ħdanu u jagħtih il‑milja tal‑paċi, tal‑imħabba u tal‑ferħ miegħu fis‑sema. Is‑saċerdoti djoċesani u reliġjużi huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il‑quddiesa. Il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM+Knisja.mt Newsbook Malta.

Mil-lum sal-Ħamis 24 t’April 2025, il-pubbliku jista’ jħalli messaġġ fil-ktieb ta’ kondoljanzi bejn l-10am u n-12:30pm u t-3pm u l-5:30pm, fin‑Nunzjatura Appostolika għal Malta f’Tal‑Virtù r‑Rabat.


Għin lillArċidjoċesi twettaq ilmissjoni tagħha

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem.
Ammen.


Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.