It-tluq tal-korteo funebri tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. li jibda mill-Isptar Mater Dei għall‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta fl-3:45pm. Il-korteo se jitmexxa minn Patri Michael Camilleri O.P., il-kappillan tal-parroċċa ta’ San Duminku l-Belt Valletta. Wara l-wasla tal-korteo funebri fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jmexxi l-Għasar tal-Mejtin li jibda fil-5pm.
Il-katavru tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. illum se jkun espost għall‑qima tal‑pubbliku sat‑8:30pm.
Il-korteo funebri llum se jixxandar fuq TVM.
Agħfas hawn għad-dettalji.