-
-
Għal darb’oħra din is-sena, numru ta’ leaders fiż-ŻAK reġgħu ħadu ħsieb jorganizzaw il-Kamp Sajf. Il-preparazzjonijiet għall-Kamp Sajf ilhom li bdew. Sar ukoll weekend ta’ preparazzjoni ġewwa ż-ŻAK House Birkirkara bejn is-6 u t-8 ta’ Lulju. Matul dan il-weekend, madwar 50 leader kienu preżenti sabiex din l-attività daqshekk kbira tkun ta’ suċċess u li sservi ta’ ġid għal kull min jipparteċipa.
Kamp Sajf qed isir bejn il-Ġimgħa 20 u l-Ħadd 29 ta’ Lulju fil-Kulleġġ ta’ San Nikola f’Ħad-Dingli fejn madwar 300 żagħżugħ u żagħżugħa qed jipparteċipaw jew bħala membri jew leaders. Kien hemm diversi attivitajiet, fosthom il-One Day Away għall-membri żgħar bejn il-11 u t-12-il sena. Imbagħad ġew organizzati żewġ sleep-overs, wieħed għall-membri li għandhom bejn it-13 u l-14-il sena u l-ieħor għal dawk li għandhom bejn l-14 u l-15-il sena. Se jsiru wkoll żewġ live-ins wieħed għal dawk bejn is-16 u t-18-il sena u l-ieħor għal dawk ta’ 18-il sena ’l fuq.
L-isem li ntagħżel għal Kamp Sajf ta’ din is-sena hu “Risk It” u jiffoka fuq is-sentenza meħuda mill-Evanġelju ta’ San Luqa 1:38: “Ħa jsir minni skont kelmtek”.
-
-
-
-
Ritratti: ŻAK