-
28 ta’ Ottubru – 3 ta’ Novembru
-
It-Tnejn
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku tal-Bniet, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tal-Qrendi.
5.45 p.m. L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tas-subien, Qrendi.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti, Qrendi.
It-Tlieta
10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa distrettwali għas-saċerdoti, Ċentru Santa Marija, Birkirkara.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonia, Qrendi.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Qrendi.
8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti individwalment u joqgħod magħhom għall-ikel, Qrendi.
L-Erbgħa
10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet tal-Isla fil-Kurja, bi tħejjijja għaż-Żjara Pastorali tiegħu fil-Parroċċa tal-Isla.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ parruċċani tal-Qrendi li jixtiequ jkellmuh personalment.
6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija, Qrendi.
7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja, Qrendi.
Il-Ħamis
9.15 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola primarja u l-iskola Helen Keller, Qrendi.
4.00 p.m. L- Arċisqof jippresiedi laqgħa distrettwali għas-saċerdoti, l-Oratorju, Mġarr.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi servizz inter-reliġjuż u festival tal-kant fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-animaturi tal-evanġelizazzjoni, Qrendi.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-soċjetà ċivili, Qrendi.
7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokjali, fil-Knisja Parrokjali tal-Qrendi.
Is-Sibt
8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju tal-mejtin kollha, Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Isla fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa, u wara jiltaqa’ man-nies.
Il-Ħadd
11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-soċjetà ċivili, l-Isla.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Griżma, Ħal Balzan.