We choose the real good that remains – Bishop Galea‑Curmi
Thanksgiving mass celebrated on the 25th anniversary of the Priestly Ordination of five priests and the 7th anniversary of the Episcopal Ordination of Bishop Mgr Joseph Galea-Curmi
03/08/2025 The Parish Church of the Annunciation, BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ilbieraħ ommi għalqet 25 sena mill-mewt tagħha, minn meta għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Wieħed mill-messaġġi għeżież li dejjem tatni, lili u lill-familja kollha, u għamlet dan iktar b’ħajjitha milli sempliċiment bil-kelma, kien proprju dak li Ġesù jsemmi fl-Evanġelju tal-lum: fittex li tistagħna quddiem Alla; fittex l-ewwel dak li jibqa’, mhux dak li jgħaddi.
Għażlu li jistagħnu quddiem Alla
Illum qed niċċelebraw il-25 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ dawn il-ħames saċerdoti, li għandhom l-anniversarju ftit ġimgħat oħra. Dak inhar tal-Ordinazzjoni għamlu din l-għażla kbira u sabiħa għal ħajjithom: li jfittxu li jkunu ta’ Alla, li jistagħnew quddiemu, li jqiegħdu l-ewwel dak li jibqa’, mhux dak li jgħaddi, u jagħtu xhieda b’ħajjithom ta’ dan… Read more »













