His disciples – Bishop Galea‑Curmi
Presentation of adult candidates for Episcopal Confirmation
07/09/2025 St Theresa Convent & Sanctuary Church, BirkirkaraL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm kelma fl-Evanġelju illum li meta tismagħha, speċjalment għall-ewwel darba, tiskandalizza – meta Ġesù jgħid: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx…” (Lq 14:26) u jsemmi lill-missier u lill-omm, lil martu u l-ulied, ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Dil-kelma ma ddoqilniex għax aħna lil Ġesù nafuh dejjem jitkellem fuq l-imħabba u li inti għandek dejjem tħobb, u tħobb mhux biss lil dawk li huma qrib tiegħek, imma wkoll saħansitra, hu jgħid, li tħobb lill-għedewwa tiegħek (ara Mt 5:44), tħobb lil min jobogħdok… Read more »