“Young people are looking to the Chaplaincy to make friends” – Fr Patrick Magro
14/05/2025Iċ-Chaplain f’Università ta’ Malta Fr Patrick Magro qal li kwistjoni komuni li kontinwament jiltaqa’ magħha hija li “ż-żgħażagħ tal-lum ifittxu ċ-Chaplaincy għaliex isibuha diffiċli biex jagħmlu l-ħbieb”.
Qal li apparti minn hekk, iċ-Chaplaincy iffitxuha dawk li ma tantx ikunu qed iħossuhom moralment tajjeb, kif ukoll “dawk bi kriżi personali, kriżi spiritwali jew dawk li vera jkunu jridu jagħmlu l-volontarjat. Hemm min jiġi sempliċiment biex jistrieħ bejn lezzjoni u oħra.”
Waqt il-programm Il-Voluntier fuq RTK103, Fr Patrick qal li ċ-Chaplaincy hija l-post ideali biex dak li jkun jiltaqa’ man-nies u “jidħak daħka” għaliex “nisħqu fuq l-importanza li dejjem ikun hemm xi ħadd fiċ-Chapliancy biex kull minn iżur il-post qatt ma jsib ruħu waħdu”… Read more »