Giving a sign of our consecration – The Archbishop
Mass with the consecration of the altar and church
01/03/2025 The Parish Church of the Immaculate Conception of Mary, Mother of the Church, Tal-IbraġL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.” (Apok 21:3)
Ftit tax-xhur ilu ċċelebrajtu u jiena magħkom, l-25 sena mit-twaqqif ta’ din il-komunità Nisranija bħala parroċċa. Illum qed nikkonsagraw dan it-tempju. Hu mument li fih il-Mulej jirrepeti l-kelma għażiża li smajna mill-ktieb tal-Apokolassi. “Ara se nġedded kollox” (Apok 21:5)… Read more »