Diocesan celebrations for the feast of Christ the King
19/11/2024Ritratt: Ian Noel Pace
Nhar il‑Ħadd li ġej il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra l‑festa ta’ Kristu Re. B’rabta ma’ din il‑festa tant sinifikanti għall‑Knisja Kattolika, fil‑jiem li ġejjin il‑Knisja f’Malta se tiċċelebra tliet ċelebrazzjonijiet djoċesani importanti. Din is‑sena l‑Assemblea Djoċesana se terġa’ ssir fuq jumejn waqt li l‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ se jiġi ċċelebrat waqt l-attività ‘Żgħażagħ ta’ Tama’.
L‑Assemblea Djoċesana
Nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa 21 u 22 ta’ Novembru 2024 fis-6pm, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana, li se tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna… Read more »