Appreciation for missionaries’ work around the world
17/10/2024Żgħażagħ Maltin waqt esperjenza ta’ volontarjat u missjunarja fl-Etijopja
Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Ottubru 2024, niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja, bit-tema meħuda mill-Evanġelju ta’ San Mattew: “Morru u stiednu lil kulħadd għall-ikla tal-festa” (ara Mt 22:9).
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ħeġġeġ lill-arċiprieti u kappillani kollha, u lill-provinċjali tal-ordinjiet reliġjużi f’Malta biex nuru apprezzament fil-parroċċi tagħna lejn tant missjunarji li tul is-snin marru fl-artijiet tal-missjoni.
“Għad hemm tant missjunarji, anke jekk ħafna minnhom f’età avvanzata, li għadhom jagħtu qalbhom u l-enerġija kollha tagħhom biex iwasslu l-ferħ tal-Evanġelju u jgħinu anke materjalment u soċjalment lill-eluf kbar ta’ nies f’ħafna pajjiżi… Read more »