Let the song of sweetness ring out – Bishop Galea-Curmi
17/08/2024L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Kien fl-1950, kważi 75 sena ilu, meta l-Papa Piju XII kien iddikjara l-ġrajja ta’ Marija mtellgħa s-sema bħala parti essenzjali mit-twemmin tagħna, bħala domma tal-fidi. Li għamel il-Papa dik inhar ma kinetx xi inizjattiva ġdida, imma kien ġabar storja twila ta’ devozzjoni kbira fil-Knisja lejn Marija mtellgħa s-sema, kif nistgħu naraw f’ħafna opri tal-arti. Għalhekk il-Papa esprima dak li l-Knisja, sa mill-ewwel żminijiet, kienet temmen: jiġifieri li Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, hekk kif temmet ħajjitha hawnhekk… Read more »