Liturgical celebrations by Archbishop Charles Scicluna in June 2024
31/05/2024Matul ix-xahar ta’ Ġunju, l-Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il-quddiesa kuljum fid-9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit-Tnejn sas-Sibt tixxandar it-talba tar-rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l-istazzjon tar-radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-quddies f’dawn il-ġranet:
Is-Sibt 1 ta’ Ġunju, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Brian Gialanzè bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ Marija Immakulata Omm il-Knisja f’Tal-Ibraġ… Read more »