The arrival of the King of glory – Bishop Galea-Curmi
02/02/2024 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Jidħol fit-tempju tiegħu s-Sid li intom qegħdin tfittxu” (Mal 3:1). Dan hu li naqraw illum fil-Ktieb tal-Profeta Malakija, fil-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. U jkompli hekk Malakija, jgħid: “Min se jissaporti l-Jum tal-miġja tiegħu? U min hu li se jieqaf meta jidher?” (Mal 3:2)
Naraw mill-ewwel il-kuntrast bejn dan il-kliem u dak li seħħ fil-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju. Meta Ġużeppi u Marija ħadu lil Ġesù fit-tempju, hemmhekk ħaduh tarbija li ġarrewha magħhom, u hemmhekk daħlu b’din it-tarbija fit-tempju… Read more »