God always fills our lives with what is best – Bishop Galea-Curmi
08/10/2023 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ma nafx kemm minnkom midħla ta’ għalqa ta’ dwieli. Jiena m’iniex, avolja jogħġobni l-frott tal-għalqa tad-dwieli. Imma naħseb ħafna minna, jekk m’aħniex imdaħħlin fl-industrija tal-inbid jew għandna xi għalqa bħal din, m’aħniex midħla. Għalhekk forsi, ma tantx nistgħu nifhmu kemm kienet fil-fatt tfisser l-għalqa tad-dwieli fi żmien Ġesù, u anke qablu, għall-poplu Lhudi. Kienet tassew xi ħaġa għażiża. Għalhekk fil-fatt l-ewwel qari, mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija, jgħid: “Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu” (Iż 5:1)… Read more »