Lenten Reflections: The Light
20/03/2023“Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.” Ġwanni 8:12
Fir-raba’ Ħadd tar-Randan jissemma l-fejqan ta’ raġel għama minn twelidu. Fil-Malti nużaw il-frażi “nieqes mid-dawl”. Interessanti kif bil-Grieg, il-lingwa li t-Testment l-Ġdid inkiteb biha, il-kelma ‘dawl’ hi ‘phos’. Apparti li tirreferi għal dawl fiżiku, bħad- dawl tax-xemx jew id-dawl tal-lampa, tirreferi wkoll għall-għerf u l-verità. Il-kelma għami, bil-Grieg hi ‘tuphlos’ u tirreferi wkoll għal xi ħadd dgħajjef spiritwalment, jew nieqes mill-intelliġenza… Read more »