What does it mean not to judge? – Bishop Galea-Curmi
14/03/2022 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Din is-silta qasira mill-Evanġelju skont San Luqa għandha messaġġ qawwi ħafna għal ħajjitna, mhux biss għal xi ċirkustanza partikulari imma għall-ħajja ordinarja tagħna.
Ġesù lid-dixxipli tiegħu qed jgħidilhom: “Tiġġudikawx… tikkundannawx”. Aħna nafu li fil-ħajja tagħna kultant niġġudikaw u nikkundannaw, u jiġrilna hekk għax ngħaddu l-ġudizzji tagħna fuq dak li jidher minn barra, jew dak li nkunu smajna fuq xi ħadd, jew l-impressjoni li jkollna, u dan faċli jwassalna għal ġudizzju tal-persuna, anke tal-qalb tal-persuna… Read more »